Kurżitajiet
Fl-Ingliterra: Isibuh qalb il-banana tal-Lidl

Żrinġ li jgħix biss f’Costa Rica, instab f’kaxxa tal-banana f’ħanut tal-Lidl f’Nottingham.

Il-ħaddiema tal-Lidl qalu li malli fetħu l-kaxxa biex jippustjaw il-frott fuq l-ixkafef sabu dan iż-żrinġ imdaqqas qalb il-banana.

Iż-żrinġ, li ssemma’ Lloyd, ingħata lil veterinarju li jispeċjalizza f’annimali eżotiċi.

F’Costa Rica biss, hemm madwar 800 speċi differenti ta’ żrinġijiet li jgħixu fis-siġar bħalma huwa Lloyd. Dawn it-tip ta’ żrinġijiet issibhom f’kull tip ta’ daqs u kulur b’uħud minnhom kulurhom jixxiebaħ ħafna mal-abitat li jgħixu fih.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tal-inqas għoxrin persuna mietu u mijiet oħra ndarbu f’terremot qawwi li heżżeż il-Lvant tat-Turkija għall-ħabta tas-disgħa neqsin ħamsa tal-bieraħ filgħaxija. Kawża tat-terremot, b’qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala richter, iġġarraf il-bini…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa fiċ-Ċina kkonfermaw li ħmistax-il persuna oħra mietu kawża tal-coronavirus fil-provinċja ta’ Hubei, minn fejn beda dan il-virus. Fiċ-Ċina ġew konfermati 1,287 każ, b’41 persuna minnhom tilfu ħajjithom. Dan il-virus…

Barranin

Raġel spara u qatel sitt membri tal-familja tiegħu, inkluż lill-ġenituri tiegħu, fil-Ġermanja. Il-każ seħħ kmieni wara nofsinhar, meta r-raġel ta’ 26 sena beda jispara fuq il-familjari tiegħu waqt li qed…

Ikel

Żaqqu jħobbha kulħadd, u mingħajr ikel ma joqgħod ħadd. Jekk titla’ s’Għawdex u tiffjakka, aktarx li terħilha s’għand il-Maxokk. Liema forn, ħafna drabi jkun mifqugħ sa ruħ ommu bin-nies, hekk…

Aktar