Blockchain
Fl-innovazzjoni Malta tkompli toħloq lilha nnifisha mill-ġdid – il-PM

L-innovazzjoni ġiet diskussa f’summit li ġabar taħt saqaf wieħed diversi kumpaniji, imprendituri u riċerkaturi minn madwar id-dinja. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta dejjem kienet innovattiva biex tattira setturi ġodda li jsostnu l-ekonomija. Dr Muscat saħaq li l-pajjiż għandu jkun mħarreġ għall-innovazzjonijiet li jistgħu jseħħu fl-għaxar snin li ġejjin.

L-Intilleġenza Artifiċjali permezz tar-robotika kienet it-tema ċentrali fid-diskors tal-Prim Minsitru Joseph Muscat fis-summit dwar l-innovazzjoni. Dr Muscat qal li l-pajjiż irid ikun lest jaċċetta din it-teknoloġija bl-opportunitajiet u l-isfidi tagħha anke fil-qasam tax-xogħol b’ġejjieni li juri li ħafna mix-xogħlijiet li llum isiru mill-ħaddiema jibdew isiru mir-robots. Qal li anke l-liġijiet iridu jaħsbu għal dan.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat qal ”will we be in a situation where machines not only learn, but are able to teach themselves and define their own parametres? Will we be discussing how to reward humans who would be more out of work than in work? Will be discussing the rights of machines or robots?.”

Il-Prim Minsitru qal li Malta kienet dejjem sors ta’ innovazzjoni, b’liġijiet li jattiraw setturi ekonomiċi ġodda, fosthom il-manifattura, is-setturi tas-servizzi finanzjarji u l-egaming u issa anke t-teknoliġija tal-blockchain. Dr Muscat qal li l-innovazzjoni ma tfissirx biss teknoloġija, iżda hija stil ta’ ħajja. Saħaq li jeħtieg li l-pajjiż jitħejja għad-deċenju li jmiss.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat qal ”we need a set of skills that we’re not really aware of and that is what really excites us and what we want to experiment. This is what spurred us to be the first country in the world when it comes to blockchain and enact a comprehensive framework for DLT…making sure we are not only the first but the best on the block when it comes to such technology.”

Il-Prim Ministru appella għal aktar nisa f’karigi maniġerjali u qal li din m’għandhiex tkun xi ħaġa tal-futur iżda għandna naġixxu b’mod immedjat.

Fil-ftuħ tas-summit, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri tkellem dwar l-importanza li jiġu esplorati ekonomiji ġodda, fosthom fil-qasam ta’ teknoloġiji quantum. Żied li Malta tistà tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li tikkummerċjalizza dan il-qasam.

Fis-summit ħadu sehem madwar 400 persuna, fosthom imprendituri u riċerkaturi barranin, biċ-chairman tiegħu Johann Zammit jgħid li dan serva biex id-delegati jikkomunikaw bejniethom l-istejjer tagħhom relatati mal-innovazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-Assitent Direttur fl-Awtorità tal-Artijiet Peter Mamo qal illi fil-każ tal-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna f’San Pawl il-Baħar ma ntużatx il-proċedura li l-Gvern juża f’ċirkostnazi simili iżda sar negozjar mas-sid privat qabel sar…

Qorti

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa, Manweli Zahra nżamm arrestat wara li ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli ta’ madwar 30 sena. Fil-Qorti ġie spjegat li l-mara hija persuna…

Lokali

L-Għaqdiet ta’ Min iħaddem u unions tal-ħaddiema jaqblu li hemm bżonn riforma fit-tribunal industrijali li ilu mwaqqaf mill-1975. F’konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, MEA, ġiet diskussa l-bżonn ta’ din…

Lokali

Żewġ żgħażagħ mill-Mellieħa, kmieni l-Erbgħa filgħodu kienu involuti f’inċident fuq il-baħar meta baqgħu deħlin bid-dgħajsa f’ħajt tal-lukanda fil-Marfa. Lejl jistadu bil-froxxna għal ftit ma ntemmitx fi traġedja għal żewġt iħbieb…

Aktar