Barranin
Fl-Iraq: Madwar 100 jmutu fil-protesti kontra l-gvern

Tela’ għal kważi 100 l-ammont ta’ persuni li mietu kawża tal-protesti kontra l-gvern li seħħew fl-aħħar ħamest ijiem.

In-numru tal-mejta aktar milli rdoppja fl-aħħar 24 siegħa hekk kif il-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija eskala.

L-armata tal-Iraq qalet li aggressuri li mhumiex identifikati qatlu Erbgħa min-nies fosthom żewġ pulizija fil-kapitali BaghdaD.

Il-Prim Ministru Adel Abdel Mahdi qal li t-talbiet leġittimi tad-dimostranti ngħataw widen iżda appella għall-kalma.

Il-protesti qed isiru fl-isfond tar-rata għolja qagħad fost iż-żgħażagħ, servizzi pubbliċi fi stat ħażin u l-korruzzjoni li qed tifni ‘l-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar