
Tifel li l-Ħamis li għadda kien rieqed fuq ix-xarabank tal-iskola f’Virginia, fl-Istati Uniti, sab ruħu f’sitwazzjoni li żgur qatt ma ħolom.
Ix-xarabank kienet qed tinstaq f’Powhatan County, meta ħin bla waqt ċerva kissret il-‘windscreen’ u baqgħet dieħla fuq is-‘seat’ ta’ quddiem.
B’xorti tajba din il-filliera jidher li kellha lqugħ quddiemha, u għalhekk iċ-ċerva ma ħabtitx dirett mal-istudent, li kellu rasu baxxuta, iżda waqgħet fuqu.
Ix-xufier jidher iwaqqaf ix-xarabank u jiftaħ il-bieb biex tkun tista’ tinżel iċ-ċerva mifxula, li wara l-inċident bdiet titħabbat ‘l hawn u ‘l hemm.
Ħadd ma weġġa’ fl-inċident, li seta’ kellu konsegwenzi ferm iktar serji kieku ċ-ċerva ħabtet fuq in-naħa tax-xufier jew kieku kien hemm passiġġier iktar viċin tal-windscreen.
Powhatan County HS students in VA, had an unexpected passenger riding their bus to school.
A deer crashed through the front of their bus…landing on one of the students, who was asleep at the time. No injuries, though not sure about the deer. @News12NJ #njmornings pic.twitter.com/Xtxdwl5ccR— Kristina Behr (@KristinaBehr) April 2, 2021