Trump
Fl-Istati Uniti ftehim fil-prinċipju dwar is-sigurtà fil-fruntiera

Fl-Istati Uniti, id-Demokratiċi u r-Repubblikani laħqu ftehim fil-prinċipju dwar is-sigurtà fil-fruntiera u l-miżuri li se jkunu implimentati biex jipprevjenu l-kriminalità fosthom it-traffikar tal-persuni u drogi. Rapporti qed jgħidu li l-ftehim intlaħaq wara bibien magħluqa f’Washington mingħajr ma kienu żvelati dettalji.

Dan l-iżvilupp qed iseħħ wara li fix-xhur li għaddew twaqqfu t-taħdidiet fuq id-detenzjoni tal-immigranti bla dokumenti u dwar il-finanzjament tal-ħajt tal-fruntiera li jrid jibni biex iservi bħala fruntiera il-President Donald Trump. Tard ilbieraħ filgħaxija Trump ma qalx jekk jappoġġjax il-ftehim iżda enfasizza li l-ħajt se jinbena xorta waħda. F’El Paso f’Texas, Trump qal li ma kellux ħin jgħarbel l-ftehim, imma sostna li qatt m’hu se jiffirma liġi li tippermetti l-ħelsien ta’ kriminali vjolenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar