Kurżitajiet
Fl-Istati Uniti: Ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq qabel isajjarhom

Kok f’ristorant fl-istat Amerikan ta’ Maine ammetta li qabel isajjar l-awwisti, ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq meta jsajjarhom.

Id-deċiżjoni tal-kok waslet wara li skopra li anke l-awwisti jbatu u jħossu uġigħ bħal kwalunkwe ħlejqa oħra. Għalhekk, peress li fl-istat ta’ Maine, il-kannabis hija legali, il-kok iddeċieda jkun ħanin u jsajjar l-awwisti biss wara li jkunu illuppjati bil-kannabis.

Charlotte’s Legendary Lobster Pound fost ħut u platti oħrajn iservi l-awwista, li tiġi msajra b’dan il-mod uniku li ma jħalli l-ebda effett fuq il-kwalità tal-laħam. Biss però, il-management tar-ristorant dejjem iħalli f’idejn il-klijent biex jiddeċiedi kif irid l-awwista msajra – jekk hux b’dan il-metodu jew le.

Aħbarijiet Oħra
Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Safar

Persuni li kienu qed jistennew biex imorru vaganza jista’ jkun li jibqgħu b’xiber imnieħer minħabba attivitajiet jew titjiriet li qed jiġu kkanċellati f’diversi pajjiżi bħala prekawzjoni kontra l-imxija tal-coronavirus. F’dan…

Kurżitajiet

Illejla, ‘X’sar minnhom’, jissokta bi programm ieħor, bil-għan li jqanqal xi ftit tan-nostalġija qalb it-telespettaturi ta’ Television Malta billi jerġa’ ‘jagħti l-ħajja’ lil għadd ta’ persuni lokali magħrufa, u li…

Aktar