Barranin
Fl-Istati Uniti – Imxejna l-allegazzjonijiet ta’ frodi fl-elezzjoni ta’ ġimgħa ilu

Uffiċjali Federali tal-Istati Uniti inkarigati mill-proċess elettorali xejjnu l-allegazzjonijiet ta’ frodi dwar l-elezzjoni ta’ ġimgħa ilu.

Il-kumitat qal li m’hemm l-ebda evidenza ta’ voti mitlufa, mibdula jew mħassra. Trump minn naħa l-oħra qed jallega li aktar minn miljun u seba mitt elf vot li kienu mmarkati għalih tħassru fl-elezzjoni.

Minkejja li Biden kien iddikjarat elett is-Sibt li għadda, Trump għadu ma jridx jikkonċedi t-telfa.

Intant numru żgħir ta’ Repubblikani qed jappoġjaw l-għajta biex Biden jingħata r-rapporti uffiċjali tal-Gvern Amerikan biex tibda t-tranżizzjoni bejn Trump u Biden, li mistenni jinħatar uffiċjalment President tal-Istati Uniti fl-20 ta’ Jannar.