Barranin
Fl-Istati Uniti – Iqum tħassib dwar il-varjanti tal-Covid-19 li jistgħu jwasslu għar-4 mewġa fil-każijiet

Fl-Istati Uniti qam tħassib dwar il-varjanti tal-Covid li skont uffiċjal għoli fi ħdan iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jistgħu jwassal għar-raba mewġa fil-każijiet.

Hija rrimarkat kif il-ġimgħa l-oħra l-Istati Uniti rreġistraw medja ta’ 70,000 każ fil-ġurnata waqt li kien hemm elfejn mewta kuljum. Dr Rochelle Walensky direttur tas-CDC qalet li hemm ħafna varjanti fl-Istati Uniti però l-aktar ta’ tħassib huma tar-Renju Unit, il-Brażil u l-Afrika t’Isfel.