COVID-19
Fl-Istati Uniti: Rilaxxati għadd ta’ ħabsin biex jonqos it-tixrid tal-Covid-19

Bl-għan li titrażżan l-imxija tal-virus, l-awtoritajiet tal-ħabsijiet fl-Amerka qed jirrilaxxaw mijiet ta’ priġunieri fosthom dawk li kkommettew reati minuri u dawk meqjusa vulnerabbli.

Il-ħabsin għandhom iktar ċans li jxerrdu l-virus għax fost oħrajn jaqsmu ċ-ċellel ma’ priġunieri oħrajn fejn jikber ir-riskju tat-tixrid tal-virus anke minħabba inċidenza aktar fin-nuqqas ta’ iġenje.

Fl-Iran diġà ġew rilaxxati mal-85,000 persuna fosthom priġunieri politiċi biex titrażżan l-imxija tal-pandemija.

Fost priġunieri magħrufa li qed jitolbu biex jiġu rilaxxati qabel il-waqt huma l-ex avukat ta’ Donald Trump, Michael Cohen, il-frodist Bernie Madoff u d-dealer tad-drogi Kolumbjan Gilberto Rodriguez-Orejuela.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar