Barranin
Fl-Istati Uniti: Tifla ta’ 10 snin taħbat wara li ħadet l-karozza t’ommha

F’Kansas, fl-Istati Uniti, tifla ta’ 10 snin qamet bl-aptit tal-McDonald’s. L-aptit għamel tiegħu u l-ikel riditu mal-ħaġra t-tajn. Għaldaqstant hija qabdet u ħadet il-karozza t’ommha.

Biss it-tifla baqgħet bl-aptit għax l-affarijiet ma marrux kif ippjanat hi. Skont il-Pulizija, it-tifla ftit wara li telqet bil-karozza baqgħet dieħla ġo karozza oħra. Fi triqitha hija laqtet ukoll kaxxa tal-elettriku u sinjal tat-traffiku.

Filwaqt li x-xufier l-ieħor ma ndarabx it-tifla ttieħdet l-isptar biex tiddewwa għat-tbenġil li ġarrbet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mike Hughes ta’ 64 sena tilef ħajtu f’Kalifornja fl-Istati Uniti wara li waqa’ b’rocket li bena hu stess. Il-pilota kien magħruf għat-twemmin tiegħu li d-dinja fil-verità hija ċatta, u qal…

Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Aktar