Barranin
Fl-Italja: Aktar minn miljun persuna tibda tpejjep minħabba l-Covid

Studju sab li fl-aħħar xhur l-Italja kellha żieda ta’ 1.2 miljun persuna li bdiet tpejjep minħabba l-Covid-19. Partikolarment, minħabba akkumular ta’ stress u monotonija kkawżati mill-pandemija.

L-istudju, li sar mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Taljana u mill-Istitut Mario Negri, juri li sa April tas-sena l-oħra 21.9% tal-popolazzjoni Taljana kienet tpejjep. F’Novembru, dawn telgħu għal 24% u f’Marzu li għadda t-Taljani li nħakmu mill-vizzju tat-tipjip baqgħu tilgħin għal 26.2%. Minnhom, 5.5 miljun huma rġiel u 5.8 miljun huma nisa.

F’Malta hu stmat li fix-xahar madwar 20 persuna tfittex l-għajnuna biex taqta’ t-tipjip.