Barranin
Fl-Italja: Eluf jipprotestaw fit-toroq kontra movimenti faxxisti

Il-unions fl-Italja niżżlu l-membri tagħhom fit-toroq jipprotestaw fit-toroq ta’ Ruma kontra l-movimenti faxxisti u sejħu lill-Gvern sabiex ixoljihom wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienu involuti f’inċidenti vjolenti.

“Le għall-faxxiżmu u l-vjolenza”, “Iva għax-xogħol, is-sigurtà u d-drittijiet”, għajtu eluf ta’ nies li ngħaqdu mal-unions.

Fid-9 ta’ Ottubru il-Pulizija arrestaw 12-il persuna fosthom mexxejja tal-partit tal-lemin estrem, Forza Nuova, wara li eluf ta’ nies niżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra l-obbligu li l-ħaddiema jkunu mlaqqma. L-irvellijiet wasslu għal kundanna ta diversi partiti oħra Taljani filwaqt li żewġ mexxejja tal-partit Forza Nuova għadhom il-ħabs fuq ordni ta’ Imħallef.