Barranin
Fl-Italja: Green Pass għall-ivvjaġġar – fuq tal-linja jista’ jirkeb kulħadd

Fl-Italja min għandu ċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19 biss se jkun jista’ jirkeb fuq il-vapuri, il-ferroviji u jivvjaġġa bl-ajruplan.

Dan qed tirrappurtah għadd ta’ midja Taljana, fosthom SkyTg24 u Corriere della Sera, li skonthom, skont rapporti, il-Gvern Taljan bejn nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġej mistenni jħabbar aktar restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid-19 bil-għan li titrażżan l-imxija tal-pandemija.

Min-naħa l-oħra, qed jiġi rappurtat ukoll li persuni li m’għandhomx il-Green Pass se jkunu jistgħu jużaw tal-linja, it-tram u l-metro bla xkiel.

S’issa, il-Gvern Taljan ħabbar li mis-6 ta’ Awwissu li ġej, iċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa obbligatorju fil-magħluq, fosthom fir-ristoranti u fil-barijiet.