Barranin
Fl-Italja: Ħabs għall-ex Ministru tal-Intern?

Is-Senat Taljan ivvota favur li Matteo Salvini jitressaq il-Qorti fuq id-deċiżjonijiet li ħa fil-passat fir-rigward ta’ xi immigranti.

L-ex Ministru tal-Intern, Matteo Salvini mistenni jitressaq aktar tard fuq akkużi marbutin ma’ abbuż ta’ poter u talli f’Lulju li għadda ma ħalliex lill-immigranti jidħlu fl-eqreb port sigur Taljan.

Fuq dawn l-akkużi, jekk jinstab ħati, Matteo Salvini jaf ilaqqat madwar 15-il sena ħabs.

Min-naħa tiegħu, Salvini għadu jiddefendi l-azzjonijiet tiegħu u qal li kieku għad għandu s-setgħa, ma jbiddilx fehemtu fuq dak li għamel. Huwa qal li dak li għamel, għamlu fl-interess ta’ pajjiżu u li għandu fiduċja assoluta fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar