Barranin
Fl-Italja: Ħalef li jpattijielhom u qatel Marixxal

Giuseppe Papantuono ta’ 67 sena qatel lill-Marixxal Vincenzo di Gennaro kiesaħ u biered f’Cagnagno Varano fil-Foggiano.

Il-qtil seħħ ilbieraħ meta Papantuono twaqqaf mill-pulizija li kienu qed jitolbuh jidentifika ruħhu waqt ronda.

Minflok ħareġ l-identifikazzjoni tiegħu, Papantuono ħareġ arma u qabad jispara bl-addoċċ, qatel lil di Gennaro fuq il-post u darab pulizija ieħor.

Papantuono kien inqabad xi jiem ilu fil-pussess tad-droga u waqt li kien qed jiġi interrogat saħaq li ser ipattijielhom. L-aggressur żamm kelmtu hekk kif ħasad il-ħajja ta’ Vincenzo di Gennaro li kellu 47 sena.

Fi stqarrija, il-Ministru tal-Intern Matteo Salvini qal li se jagħmel minn kollox biex Papantuono jintbagħat għomru l-ħabs. Huwa qal li ma jemminx fil-piena tal-mewt iżda min joqtol persuna li tkun qiegħda tagħmel xogħolha ma ħaqqiex il-libertà.

Id-Deputat Prim Ministru Luigi Di Maio qal li min jhedded jew imiss lil xi ħadd fil-korp ikun bħallikieku qed jhedded lill-Istat Taljan.

Il-qraba u l-ħbieb esprimew id-dulur tagħhom bit-telfa tal-Marixxal u ddeskrivewh bħala persuna b’qalb tad-deheb li kien se jiżżewweġ fix-xhur li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Aktar