Barranin
Fl-Italja: Iċ-ċkejken isaqsi bil-ħniena għall-ġenituri – nanntu u zitu ta’ spalla għalih

It-tobba tal-isptar tat-tfal Regina Margherita f’Turin fejn jinsab rikoverat iċ-ċkejken Eitan qalu li t-tifel qed isaqsi għall-ġenituri tiegħu, u li nanntu u zitu qed ikunulu ta’ sapport kbir f’dan il-mument diffiċli.

Eitan, ta’ 5 snin, huwa l-uniku fost grupp ta’ 15-il ruħ li ħelisha ħafif mit-traġedja li seħħet il-Ħadd li għadda fit-Tramuntana tal-Italja wara li waqgħet cable car f’Mottarone. Dakinhar, Eitan tilef lil ommu u lil missieru, lil ħuh iż-żgħir u lill-bużnanniet tiegħu.

Għalkemm għadu l-isptar biex isirulu l-visti meħtieġa, Eitan ġie f’tiegħu kważi għalkollox.