Barranin
Fl-Italja: Iċ-ċkejken li salva mill-cable car joħroġ mill-isptar

Iċ-ċkejken Eitan, l-uniku li ħelisha mit-traġedja tal-cable car fit-23 ta’ Mejju li għadda, inħareġ mill-isptar tat-tfal Regina Margherita f’Turin fejn kien ilu rikoverat għal dawn l-aħħar 19-il jum.

Eitan twassal id-dar f’Pavia bl-ambulanza, akkumpanjat minn zitu Aya li bħalissa qed tkunlu ta’ spalla f’dan il-mument diffiċli.

It-tifel, li għandu ħames snin, se jkompli jingħata l-kura meħtieġa, b’mod speċjali mil-lat psikoloġiku. Fit-traġedja huwa tilef lill-ġenituri, lil ħuh iż-żgħir u lill-bużnanniet tiegħu.

Intant, wara li beda jsaqsi bil-ħniena għall-ġenituri, ftit tal-jiem ilu Eitan sar jaf mit-tobba li l-ġenituri tiegħu m’għadhomx magħna.