Barranin
Fl-Italja: Jeħlisha ħafif wara li salvawh mill-għarqa

Tifel ta’ 7 snin, li ma kienx jaf jgħum, ħelisha ħafif hekk kif spiċċa f’diffikultà fil-baħar.

F’lido partikolari, f’Viterbo, qam ir-riħ f’daqqa b’konsegwenza li t-tifel, li kien qed fuq lilo, spiċċa ħadu l-kurrent ‘il barra minn max-xatt.

Kienu n-nanniet tat-tifel li ndunaw li n-neputi tagħhom kien jinsab f’diffikultà u talbu għall-għajnuna.

B’effiċjenza ta’ liema bħalha, it-tifel ġie salvat minn żewġt iklieb imħarrġa apposta biex isalvaw persuni mill-għarqa.

It-tifel jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif sab lil Wendy u Kobe jiġbduh lejn ix-xatt b’ħeffa kbira.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar