Barranin
Fl-Italja: Jinħareġ l-aħħar pazjent bil-Covid mill-isptar li minnu feġġ l-ewwel każ

Fl-isptar ta’ Codogno fil-Lombardja fin-naħa ta’ fuq tal-Italja ħareġ mill-isptar l-aħħar pazjent bil-Covid-19. Hemm, fejn ftit aktar minn sena ilu feġġ l-ewwel każ ta’ Covid fl-Italja.

Francesco Tursi, li huwa nkarigat mis-servizz tal-isptar li għandu x’jaqsam mas-sistema respiratorja u mal-organi tal-ġisem, ħabbar li t-taqsima li għal xhur sħaħ laqgħet eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 ingħalqet.

Ftit aktar minn sena ilu, Mattia, raġel ta’ 38 sena kien sar l-ewwel pazjent bil-Covid fit-Tramuntana tal-Italja u f’ħakka t’għajn mijiet ta’ eluf oħra segwew warajh.

Codogno, belt ta’ 15-il elf ruħ saret l-ewwel belt Taljana maħkuma mill-Covid – kullimkien spiċċa magħluq u n-nies imsakkra f’darhom bil-biżà tal-coronavirus.