Barranin
Fl-Italja: Jinstabu traċċi tal-Covid-19 fid-drenaġġ

Fis-sistemi tad-drenaġġ ta’ Milan u Ruma nstabu traċċi tal-Covid-19, liema marda ġabet lid-dinja għarkupptejha.

Wara Pariġi, anke f’Runma u f’Milan instab materjal ġenetiku tas-SarsCov2 fid-drenaġġ. Minkejja din is-sejba, id-Dipartiment tas-Sanità Iss ikkonkluda li dan ma jipperikolax il-ħajja tal-persuni ladarba dan il-virus jinqred fl-impjant ta’ depurazzjoni.

Il-presenza tal-Covid-19 fis-sistemi tad-drenaġġ jitfa’ dawl fuq kemm dan il-virus infetta u affettwa l-popolazzjoni Taljana. L-esperti se jibqgħu jittestjaw l-ilmijiet speċjalment l-ilma tal-vit li s’issa għadu tajjeb għall-konsum.

L-istess ġie kkonfermat anke fis-sistemi tad-drenaġġ tal-Olanda, Massachusetts, l-Awstralja u Franza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

Barranin

Mill-inqas 18-il persuna mietu wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Air India Express iġġarraf fl-ajruport b’190 passiġġier abbord fl-istat ta’ Kerala fl-Indja. L-ajruplan tal-għamla Boeing 737 li kien nieżel fl-ajruport ta’…

Aktar