Barranin
Fl-Italja: Jipprostitwixxi lill-kelb biex jaqla’ x’jiekol

Raġel minn Sardenja mwieled il-Belġju kien qiegħed joffri lill-kelb tiegħu għal servizzi sesswali biex minnu jaqla’ x’jiekol.

L-istorja ħarġet fil-beraħ wara li r-riklam għas-servizz spiċċa f’idejn il-ġurnalist u konduttur Luciano Silighini Garagnani ta’ Le Iene.

Ir-raġel, li jgħix f’Redona, qed jiġi investigat għall-abbuż fejn, saħansitra daħlet l-Enpa fin-nofs biex tiżgura li l-kelb mil-lum il-quddiem jiġi ttrattat tajjeb.

Il-kelb, tar-razza Amstaff, għadu jinsab ma’ sidu iżda l-għaqda għad-drittijiet tal-annimali qed issegwi l-każ mill-viċin.

Tim ta’ veterinarji għadhom iridu jistabilixxu jekk il-kelb qatt ġiex abbużat sesswalment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt irġiel spiċċaw fl-idejn meta kienu abbord ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Prestwick fi Glasgow għal Tenerife. Filmati miġbuda minn passiġġiera li kienu fuq l-ajruplan juru raġel bid-demm ma’ wiċċu wara…

Ambjent

Balena li nġarret mejta mal-kurrent fil-Filippini xxokkjat lir-riċerkaturi meta sabu li fl-istonku tagħha kellha mal-40kg plastik. Il-ħaddiema ta’ D’Bone Collector Museum kitbu fuq Facebook li l-balena kellha l-istonku mimli plastik,…

Barranin

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha. Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha. F’Diċembru, 2016, Emma Letts,…

Barranin

Il-Forzi tas-Sigurtà Olandiżi arrestaw Tork ta’ 37 sena suspettat li kien l-agressur fi sparatura fil-belt ta’ Utrecht, li ħalliet tliet persuni mejta u ħamsa oħra midruba. L-aggressur huwa raġel Tork…

Aktar