Barranin
Fl-Italja: Jispiċċa b’ritratt pornografiku mperreċ fuq Facebook

Dino Giarruso, eks ġurnalist ta’ Le Iene u kandidat Taljan għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem il-partit 5 Stelle, spiċċa mperreċ mal-erbat irjieħ f’ritratt deskritt bħala pornografiku.

Ritratt tiegħu bla ħwejjeġ, li jidher li ħa huwa stess, għamel xejn inqas minn siegħa jidher fuq Facebook, qabel ma tneħħa.

Giarruso kien jidher bilwieqfa fil-kamra tal-banju, bil-qmis imtella’ ‘l fuq. Għalkemm ir-ritratt ġie maqtugħ bl-eżatt biex joffri ftit diċenza, kien ċar li l-pożizzjoni kienet waħda kompromettenti.

Il-persuna li tellgħet ir-ritratt allegat li Giarruso spiss jibgħat dawn it-tip ta’ ritratti lill-ħbieb nisa tiegħu.

Il-midja Taljana qed tispekula li dan il-każ jista’ possibilment ikun tpattija għas-servizz ġurnalistiku li Giarruso kien għamel dwar allegat fastidju sesswali mid-direttur tal-films Fausto Brizzi, li eventwalment ma kienx instab ħati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Barranin

L-eks President Eġizzjan, Hosni Mubarak, li tneħħa mill-poter f’kolp ta’ stat mill-armata disa’ snin ilu, miet fl-età ta’ 91 sena. Mubarak serva mhux inqas minn tletin sena fl-ogħla kariga tal-pajjiż…

Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Aktar