Barranin
Fl-Italja jivvotaw biex il-Parlament Taljan jiċkien b’terz

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox l-għadd ta’ Membri Parlamenti flimkien mas-Senaturi se jonqsu minn 945 għal 600.

Ir-Referendum ġie mbuttat mill-Moviment tal-Ħames Stilel li jifforma parti mill-koalizzjoni tal-Gvern. Huwa argumenta li b’din il-bidla jonqsu l-ispejjeż tal-pajjiż. Il-Moviment qal ukoll li b’din il-bidla, il-pajjiż se jiffranka mal-biljun ewro fuq medda ta’ għaxar snin. Min-naħa tagħhom, il-kritiċi argumentaw li dan se jdgħajjef id-demokrazija.

Il-bidliet iridu jsiru qabel l-elezzjoni tal-2023.