Barranin
Fl-Italja: Kelb baqa’ quddiem id-dar jistenna lil sidu li ddaħħal l-isptar bil-COVID-19

Ħafna jgħidu li l-kelb huwa l-akbar ħabib tal-bniedem. Xhieda ta’ dan hija storja fl-Italja fejn kelb ilu jistenna lil sidu jirritorna lura d-dar minn Novembru.

F’Novembru li għadda, Marco raġel ta’ 55 sena li kien voluntier mal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja ddaħħal l-isptar għax marad bil-COVID-19.Minn dakinhar il-kelb tiegħu, Billy, baqa’ jistennieh quddiem il-bieb ta’ barra. In-neputi tal-anzjan qal li b’xejn ma jkun jista’ jċaqilqu minn hemm biex jidħol ġewwa għas-sħana.

Marco ilu jrabbi l-kelb għal sentejn u matul dan iż-żmien huma saru inseperabbli.