Barranin
Fl-Italja l-ilbies tal-maskra jsir mandatorju kullimkien

Il-Gvern Taljan impona l-maskra b’mod mandatorju anke meta persuna tkun barra bil-għan li tkun kontrollata l-imxija tal-Coronavirus. It-Taljani huma obbligati wkoll li jilbsu l-maskri anke meta jkun ġewwa ħlief meta jkunu fid-djar privati.

Minkejja li fl-Italja l-infezzjonijiet tal-Coronavirus huma aktar baxxi minn ta’ pajjiżi oħra Ewropej, il-pajjiż qed jieħu l-miżuri biex jevita li jerġa’ jidħol f’lockdown li jkompli jkisser l-ekonomija tal-pajjiż. Dan qalu l-Prim Ministru Giuseppe Conte fejn spjega li hemm bżonn li jittieħdu miżuri iebsa.