Barranin
Fl-Italja: “Nies bħalek ħaqqhom imutu” – isawtuha għax leżbjana

Wara l-każ fir-Renju Unit ta’ Charlie Graham; tfajla li ġiet imsawta fit-triq diversi drabi minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha, feġġ ukoll każ simili fl-Italja.

Filwaqt li tellgħet fuq il-midja soċjali ritratti ta’ wiċċha frakassat, Giulia Ventura ta’ 30 sena minn Potenza rrakkontat dak li għaddiet minnu meta żewġ ġuvintur ħebbew għaliha fit-triq u ħallewha mitlufa minn sensiha f’għadira demm.

Ventura qalet li ma kinitx ċerta għandhiex titkellem dwar il-każ pubblikament, iżda mbagħad iddeċidiet li tikxef kollox bit-tama li ħaġa bħal din ma terġax isseħħ.

Ventura rrakkontat kif kienet miexja fit-triq meta semgħet lil xi ħadd jgħajjat, u rat żewġ ġuvintur jaqsmu t-triq u jersqu lejha. Qalet li waqfu quddiemha u bdew jimbuttawha. Meta waqgħet mal-art wieħed minnhom qalilha “Nies bħalek ħaqqhom imutu. Trid tagħmilha ta’ raġel? Ħa nurik kif isawtu l-irġiel.”

Kien hawn li bdew jagħtuha bil-ponn f’wiċċha. Qalet li rnexxielha tqum u tat daqqa ta’ ras f’imnieħer wieħed minnhom, iżda mbagħad daruha, reġgħet spiċċat mal-art, u wara daqqiet ta’ sieq intilfet minn sensiha.

Ventura staqsiet kif l-orjentazzjoni sesswali tagħha hija kwistjoni politika, u esprimiet dispjaċir li din il-mentalità għadha teżisti llum il-ġurnata. “Dak li għamiltu lili m’għandu qatt isir mal-ebda bniedem ieħor,” sostniet Ventura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar