Barranin
Fl-Italja: Qatel 8 ċiklisti – arrestat mill-ġdid dwar fatalità oħra

Raġel ta’ 32 sena mill-Marokk ġie arrestat f’Bologna wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li sewa l-ħajja ta’ Marokkin ieħor.

L-inċident seħħ fis-6 ta’ Settembru li għadda, meta għal xi raġuni Chafik El Ketani tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li l-passiġġier li kien maġenbu, Nouredine Fennane, tilef ħajtu mal-impatt tal-karozza.

El Ketani diġà kien ġie arrestat b’rabta ma’ fatalità oħra. Huwa kien weħel tmien snin priġunerija wara li fl-2010 tajjar għaxar ċiklisti u qatel tmienja minnhom fil-belt ta’ Lamezia Terme li tinsab fil-Provinċja ta’ Catanzaro.