Barranin
Fl-Italja raġel iħallas prostituta bid-debit card t’ommu

Taljan ta’ 50 sena mistenni jitressaq fil-Qorti wara li uża d-debit card t’ommu biex iħallas prostituta.

It-Taljan minn San Polo d’Enza mhux biss uża l-card biex iħallas tas-servizzi sesswali li offrietlu l-Brażiljana ta’ 34 sena imma anke ħalliha tuża l-card biex tixtri bihom.

Hija nefqet madwar €700 biex xtrat żraben, nuċċalijiet tax-xemx, mobile phone u tumble dryer.

Il-prostituta ma kinitx taf li l-card kienet t’omm ir-raġel waqt li l-Pulizija se tressaq lir-raġel li nefaq il-flus t’ommu mingħajr il-permess tagħha.