Barranin
Fl-Italja: Saċerdot arrestat fuq traffikar ta’ kokaina – kien jixtriha bil-flus tal-offerti

Saċerdot ta’ 40 sena ġie arrestat fi Prato l-Italja b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.

Is-saċerdot, Dun Francesco Spagnesi qed jiġi akkużat bi traffikar u importazzjoni ta’ kokaina u tad-droga magħrufa bħala Gbl. Id-droga, allegatament, kienet tintuża f’festini kkaratterizzati minn attivitajiet sesswali.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li s-saċerdot għadda d-droga lil Alessio Regina, raġel ta’ 40 sena. Regina nqabad u ġie arrestat fl-aħħar ta’ Awwissu fuq importazzjoni ta’ droga mill-Olanda.

Il-Pulizija qalet li d-droga kienet tinxtara bil-flus tal-offerti.