Barranin
Fl-Italja: Tiżżewġu waqt li sarlu l-funeral wara li miet f’inċident bil-mutur

Raġel ta’ 37 sena residenti Cesena, l-Italja żżewweġ waqt li ngħatatlu l-aħħar tislima.

Andrea Campana żżewweġ lill-maħbuba tiegħu, Giuseppina, li xtaqet tibqa’ marbuta mal-vittma. 11-il sena ilu, huma saru omm u missier, wara li kellhom lil Aurora.

Il-quddiesa ġiet iċċelebrata mill-qassis Jacek Kusiak. F’intervent ta’ qsim il-qalb waqt il-funzjoni, fost l-oħrajn, Giuseppina qrat ittra lill-maħbub tagħha li ħejjietha qabel seħħ l-inċident li swielu ħajtu biex taqrahielu waqt it-tieġ.

Campana tilef ħajtu f’inċident bil-mutur wara li ntlaqat minn vettura fil-villaġġ ta’ Pioppa, li jinsab fl-inħawi ta’ Cesena.