Barranin
AĠĠORNAT (4): Fl-Italja tmut is-7 persuna bil-coronavirus

Sadanittant, fl-Italja r-rapporti ta’ każijiet ta’ persuni bil-Coronavirus issa laħħqu l-230, fejn 7 pazjenti anzjani tilfu ħajjithom kawża tal-virus. Madwar 50,000 persuna fir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq, f’Veneto u l-Lombardija nżammu fi kwarantina għal ġimagħtejn.

Biex ma jinfirixx il-virus, tħassar ukoll jumejn qabel miż-żmien il-Karnival tant mistenni ta’ Venezja filwaqt li ntlaqtu wkoll diversi attivitajiet oħra fosthom dawk sportivi b’numru ta’ partiti tas-Serie A li kienu skedati lbieraħ ġew posposti.

Fil-Korea ta’ Fuq, 380 barrani nżammu fi kwarantina bil-għan li ma jinfirxx il-virus. Ħafna mill-barranin huma diplomatiċi stazzjonati fi Pyongyang. Fl-aħħar 30 jum, mal-mitejn barrani nżammu fl-ambaxxati u l-aġenziji rispettivi tagħhom iżda reġa’ ġie mġedded iż-żmien ta’ kwarantina. S’issa ma kienx hemm każi ta’ Covid-19 fil-Korea ta’ Fuq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Maria Teresa ta’ Bourbon-Parma mietet bil-Coronavirus fl-età ta’ 86 sena. Il-Prinċipessa Spanjola, li tiġi kuġina mill-bogħod tar-Re Felipe VI, mietet f’Pariġi. Il-funeral tagħha sar l-Ġimgħa, f’Madrid.

Barranin

Il-World Health Organization (WHO) għadha qed tirrakkomanda li l-maskri m’għandhomx jintlibsu jekk wieħed ma jkunx marid bil-Covid-19 jew qed idur b’persuni morda. Skont Dr Mike Ryan, li huwa direttur eżekuttiv…

Barranin

L-Italja, li huwa l-aktar pajji Ewropew milqut mill-imxija tal-Coronavirus fejn s’issa tilfu ħajjithom 11,591 persuna, estendew il-lockdown sal-Għid. Il-pajji jinsab fiduċjuż li din il-miżura, għalkemm ħarxa, se tagħti l-frott hekk…

Barranin

It-tobba madwar id-dinja qegħdin jippruvaw test tad-demm ġdid li kapaċi jaqbad aktar minn 50 tip ta’ kanċer, qabel ma jimmanifestaw ruħhom is-sintomi tal-marda. Dan it-test jista’ jgħin lit-tobba jaqbdu l-kanċer…

Aktar