Barranin
Fl-Iżvezja – żewġ partiti politiċi ras imb ras fl-elezzjoni ġenerali

L-elezzjoni ġenerali fl-Iżvezja rriżultat fiż-żewġ partiti politiċi ewlenin ras imb ras, bil-partit kontra l-immigrazzjoni jżid is-saħħa tiegħu mill-elezzjoni ta’ qabel. Il-Partit Demokratiku Żvediż kiseb madwar 18 fil-mija, ħamsa fil-mija aktar mill-aħħar elezzjoni.

Hekk kif ingħaddu kważi l-voti kollha, il-koalizzjoni taċ-ċentru xellug li kienet qed tifforma l-Gvern, għandha vantaġġ marġinali fuq l-Alleanza taċ-Ċentru Lemin, hekk kif kisbu kważi 40 fil-mija kull wieħed.

B’hekk, l-isfida hija biex tiġi ffurmata koalizzjoni li tista’ tmexxi gvern.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-aġenzija Amerikan is-CIA temmen li kien il-Prinċep Sawdi Mohammed bin Salman li ordna l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi. Skont rapport fil-media Amerikana, sorsi qrib l-aġenzija qalu li s-CIA għamlet assessment iddettaljat…

Barranin

Xufiera beħsiebhom jfixklu t-traffiku madwar Franza billi jimblukkaw it-toroq u pontijiet bi protesta kontra l-prezz għoli tal-fjuwil. Mlaqqmin bħala “yellow vests” għall-ġkieket b’kulur isfar jgħajjat li se jkunu lebsin huma…

Barranin

Fl-Italja, l-ex għarus tal-mudella Gessica Notaro ntbagħat 15-il sena ħabs wara li l-qorti tal-appell sabitu ħati li tefa’ l-aċtu fuq wiċċha. Edson Tavares nstab ħati li għamel dak l-attakk li…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tkompli timbotta l-ftehim għal Brexit hekk kif għal diversi sigħat kien hemm ix-xnieha li minħabba l-ftehim Ministru ieħor fil-kabinett tagħha, Michael Gove kien qed…

Aktar