X

Fl-Iżvezja – żewġ partiti politiċi ras imb ras fl-elezzjoni ġenerali

L-elezzjoni ġenerali fl-Iżvezja rriżultat fiż-żewġ partiti politiċi ewlenin ras imb ras, bil-partit kontra l-immigrazzjoni jżid is-saħħa tiegħu mill-elezzjoni ta’ qabel. Il-Partit Demokratiku Żvediż kiseb madwar 18 fil-mija, ħamsa fil-mija aktar mill-aħħar elezzjoni.

Hekk kif ingħaddu kważi l-voti kollha, il-koalizzjoni taċ-ċentru xellug li kienet qed tifforma l-Gvern, għandha vantaġġ marġinali fuq l-Alleanza taċ-Ċentru Lemin, hekk kif kisbu kważi 40 fil-mija kull wieħed.

B’hekk, l-isfida hija biex tiġi ffurmata koalizzjoni li tista’ tmexxi gvern.