Barranin
Fl-Iżvizzera vot b’saħħtu kontra t-tmiem ta’ moviment ħieles mal-UE

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%.

L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma taċċetta l-moviment ħieles biex ikollha aċċess għal kummerċ ħieles u tikkopera ma’ Brussell f’oqsma bħat-trasport u l-edukazzjoni.