Barranin
Fl-Olanda: Ħaddiema mitluba jibgħatu ritratti bil-qalziet ta’ taħt

Kumpanija kbira fl-Olanda spiċċat f’nofs kontroversja wara li talbet lill-ħaddiema tagħha jibgħatu ritratti tagħhom infushom nofshom għarwenin biex jitteħdulhom il-qisien għall-uniformi.

Albert Heijn, li hija katina tas-supermarkets magħrufa, infurmat lill-impjegati tagħha li se tagħmlilhom uniformijiet ġodda. Sabiex id-daqs tal-uniformi jkun jikkumplimenta sew il-figura tagħhom, talbithom jużaw ‘app’ apposta biex jibgħatu ritratti tagħhom infushom bi ħwejjeġ issikkati jew bil-ħwejjeġ ta’ taħt.

Ħafna mill-ħaddiema, li uħud minnhom huma taħt l-età, kienu maħsuda b’din it-talba, u qalu li għall-ewwel ħasbuha ċajta.

Minkejja li l-kumpanija qalet li l-ħaddiema setgħu jipparteċipaw fl-inizjattiva fuq bażi volontarja, email mibgħut lill-impjegati allegatament kien jgħid li l-proċedura kienet mandatorja.

Il-proġett pilota, li kellu jinfirex għal madwar 1,000 ħanut li għandha l-kumpanija fl-Olanda, ġie mwaqqaf. Il-kumpanija qalet ukoll li se tħassar ir-ritratti ta’ dawk li laħqu bagħtuhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-pulizija Indjana qatlet erbat irġiel suspettati li stupraw u qatlu veterinarja żagħżugħa f’Hyderabad. L-irġiel kienu taħt arrest u ttieħdu fuq il-post fejn seħħ ir-reat. Huma nqatlu meta ppruvaw jisirqu l-armi…

Barranin

Fi Franza, illum mistenni jkompli l-istrajk li beda lbieraħ bi protesta kontra r-riformi tal-pensjonijiet. Aktar minn 800,000 persuna, ħafna minnhom ħaddiema, niżlu fil-toroq matul il-ġurnata tal-bieraħ biex jipprotestaw kontra dawn…

Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Aktar