Barranin
Fl-Olanda: Tieqaf tiekol u tixrob biex tmut wara li ġiet stuprata

Noa Pothoven, tfajla Olandiża ta’ 17-il sena, waqfet tiekol u tixrob wara snin ta’ dipressjoni u kundizzjonijiet li kienet tbati minnhom.

It-tfajla spiċċat tbati minn għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom l-ansjetà, id-dipressjoni u l-anoressija wara li ġiet stuprata u abbużata sesswalment meta kien għad kellha 11-il sena.

Pothoven mietet id-dar f’Arnhem wara li waqfet tiekol u tixrob. Il-familja tagħha qalu li sa fl-aħħar Noa sabet il-mistrieħ u l-paċi.

Noa kienet titkellem apertament dwar il-marda tad-dipressjoni u saħansitra kitbet ktieb dwar l-esprejenza tagħha iżda, qalet li ma setgħetx tkompli għaddejja b’ħajjitha hekk kif kienet dejjem tħossha “maħmuġa” u “mtebba'”wara dak li ġralha.

F’rapporti internazzjonali ntqal li hija mietet b’ewtanasja, madankollu ħbieb tat-tfajla qalu li dan mhux minnu u li biex twaqqaf it-tbatija li kienet għaddejja minnha għażlet li tieqaf tiekol u tixrob. F’Diċembru li għadda Noa kienet qalet lill-ġurnal partikolari li s-sena ta’ qabel kienet kelmet klinika biex tagħmel l-ewtanasja iżda l-klinika kienu qalulha li għadha żgħira wisq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Aktar