Barranin
Fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali

Illum fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali fejn il-votanti għandhom għażla li jew itellgħu lill-kummidjant televiżiv Volodymyr Zelensky, jew lin-negozjant biljunarju u l-President preżenti Petro Poroshenko. L-iktar wieħed favorit mit-tnejn li jirbaħ din l-elezzjoni huwa l-kummidjant televiżiv Zelensky li qatt ma kien ħareġ għall-politika qabel.

Il-votazzjoni se tibda fit-8am u se tieħu 12-il siegħa. Il-Ġimgħa Poroshenko u Zelensky kellhom l-ewwel dibattitu televiżiv bejniethom. Zelenskuy għandu 41 sena u huwa magħruf l-iktar għas-sehem tiegħu fid-drama satirika u politika li jisimha Servant of the People, li ironikament titratta l-istorja ta’ għalliem li aċċidentalment isir il-President tal-Ukrajna u l-partit politiku tiegħu jismu l-istess bħad-drama televiżiva. Il-kampanja ta’ Zelensky minflok ma ffukat fuq ideat ta’ policies konkreta, kienet iktar dwar kif hu jista’ jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.

Sa issa skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, Zelensky għandu 30% vantaġġ fil-voti, id-doppju tar-rival tiegħu Poroshenko.

Min jirbaħ, il-mandat presidenzjali fl-Ukrajna jdum ħames snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar