Sport
Fl-Università: il-grawnd tal-futbol jinbidel temporanjament f’parkeġġ

Soluzzjoni temporanja għall-problema tal-parkeġġ fl-Università qajmet bosta lmenti minħabba li parti mill-faċilitajiet sportivi tal-Università spiċċaw f’parkeġġ. Id-deċiżjoni ttieħdet mit-tmexxija tal-Università bi qbil mal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji wara li parti kbira tal-parkeġġ ewlieni tal-Università ma jistax jintuża għax beda xogħol biex tinbena binja għal diversi fakultajiet tal-Univeristà.

Diżappunt qawwi minn bosta sportivi u persuni li kienu jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku fil-ground tal-football tal-Università wara li fl-aħħar jiem dan spiċċa nbidel f’parkeġġ tal-vetturi. It-Tabib tal-Medicina Sportiva, Kirill Micallef Stafrace li jgħallem ukoll fl-Università wera ruħu frustrat bid-deċiżjoni.

”Dejjem inħambqu li rridu nżidu l-eżerċizzju fiżiku mbagħad fis-sit ta’ fejn hawn l-għerf suppost nagħmlu ċuċata bħal din.”

Il-komunità sportiva hija urtata anke għaliex kompla naqas l-ispazju fejn isir l-eżerċizzju fiżiku bil-karozzi deħlin u ħerġin minn fuq il-korsa tal-atletika li tintuża minn bosta biex jagħmlu jogging jew jimxu.

L-istudenti li qed jipparkjaw fil-ground sostnew li din il-miżura temporanja kienet meħtieġa, anke jekk ma solvietx il-problema tal-parkeġġ fl-università.

Il-Pro Rettur tal-Università Carmen Sammut u l-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Carla Galea, iddefendew id-deċiżjoni u qalu li l-ground jista’ jintuża mill-isportivi wara s-sitta ta’ filgħaxija. Żiedu li qed ifittxu soluzzjonijiet oħra wkoll.

Il-Pro Rettur tal-Università, Carmen Sammut qal ”diġà bdew diskussjonijiet ma’ Transport Malta biex barra park and ride li jeżisti f’Pembroke jinfetħu faċilitajiet ta’ park and ride oħra għall-istudenti u l-impjegati tal-università.”

Il-President tal-KSU, Carla Galea qalet ”flimkien mal-Università ħa nkunu qed noħorġu bi pjan aktar ħolistiku fejn din il-problema qed tiġi aktar rikonoxxuta.”

Sadanittant il-Perit tal-Università Christopher Spiteri qal li l-Università ser tinvesti f’kumpless sportiv ta’ 25 miljun ewro li xogħol fuqu se jibda fil-ħarifa li ġejja b’diversi faċilitajiet inkluż parkeġġ taħt l-art għal 900 vettura.

Il-Perit Christopher Spiteri qal “football pitch ikun full size artificial turf. Ikun hemm ukoll 8 lane synthetic athletics track. Ħa jkun hemm bini ġdid għall-institute for physical education in sport, faċilitajiet għal school of performing arts. Ħa jkun hemm indoor athetics track li janalizza moviment tal-istudenti waqt li qed jiġru u faċilitajiet għal sport medicine.”

Il-Perit Sptieri qal li dan il-proġett mistenni jitlesta fi żmien sentejn.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar