Infrastruttura
F’laqgħa straordinarja: Periti u kuntratturi għandhom jibqgħu responsabbli f’siti ta’ kostruzzjoni

Il-Kamra tal-Periti f’laqgħa ġenerali straordinarja ddikjarat li l-Periti u l-kuntratturi kif inhuma fil-liġi għandhom jibqgħu responsabbli fis-siti tal-kostruzzjoni waqt li għandu jingħata inqas piz lill-manager tas-sit. Il-Kamra appellat lill-Gvern biex flok joqgħod fuq il-pariri tal-konsulent jidħol fid-djalogu magħha bħala r-rappreżentant tal-professjoni dwar ir-riformi li jenħtieġ isiru fil-industrija tal-bini.

Fl-aħħar jum tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti għar-regolamenti ġodda dwar it-twaqqigħ u l-iskavar, mal-400 perit attendew għal -laqgħa ġenerali straordianrja tal-Kamra tal-Periti. Fi stqarrija, il-Kamra qalet li l-Periti jaqblu li l-ewwel u qabel kollox trid tingħata prijorità lis-sigurtà madankollu huwa ċar li mhix taqbel mal-proposti li saru mill-Gvern ftit jiem ilu dwar l-industrija tal-kostruzzjoni.

Il-Kamra tal-Periti qalet li l-kwistjoni kollha ma tistax tiġi indirizzata bil-biċċiet. Qalet li l-proposti li saru bl-għaġġla jistgħu jżidu l-konfużjoni u insistiet li r-responsabbiltà fis-siti tal-kostruzzjoni dejjem kienet u għandha tibqa’ tkun tal-Periti u tal-Kuntratturi u l-manager tas-siti jaqa’ fir-responsabbiltà tal-kuntrattur li skont il-liġi jrid jifhem id-direzzjoni tal-Perit tal-proġett.

Il-Periti kkonfermaw li għandhom dejjem jerfgħu r-responabbiltà għas-servizzi li jagħtu skont il-ftehim tagħhom mal-klijent, iżda fl-istess waqt appellaw lill-Gvern biex ma jkomplix ikaxkar saqajh u jagħmel l-emendi fil-liġi tal-periti li l-Kamra ilha tinsisti għalihom 12-il sena sabiex jiġi żgurat li l-qafas li jippermetti li l-Periti jistgħu jiżguraw is-sigurtà tal-pubbliku jiġi fis-seħħ u jkun effettiv.

Il-Kamra tal-Periti żiedet tħeġġeġ lill-Gvern biex f’dan il-kuntest jiddiskutu magħha r-regolamenti għall-industrija tal-bini anke qabel titwaqqaf l-awtorità dwar l-industija li hija mixtieqa minnha wkoll.

Il-Kamra appellat lill-Gvern biex jagħti r-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa lill-Uffiċċju tar-Regolamentazzjoni tal-Bini u li jonora l-obbligu legali li bħala regolatur jassigura l-kwalità u ċ-ċertifikazzjoni tal-materjal lokali u impurtat li jintużaw fl-industrija tal-bini. Il-kamra sejħet ukoll biex ikun hemm separazzjoni ċara bejn il-proċessi ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-proċessi li għandhom x’jaqsmu mal-mod li jiġi nnotifikat, irregolat u segwit ix-xogħol ta’ bini u kostruzzjoni. Qalet li fuq dan il-Gvern ingħata parir żbaljat għax dawn iż-żewġ funzjonijiet m’għandhomx jaqgħu taħt l-Awtorità tal-Ippjanar.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar