Barranin
F’Lecce: Jispiċċa f’xifer il-mewt wara li talabhom tazza ilma u servewh deterġent

F’Lecce, ġuvni ta’ 28 sena spiċċa jissielet għal ħajtu wara li spiċċa, mingħajr ma jaf kif, jixrob deterġent tal-platti.

Il-ġuvni daħal f’kafetterija u mal-kafè ordna tazza ilma biex ikun jista’ jniżżel xi pinnoli li kien qed jieħu.

Sfortunatament, bi żvista tal-impjegat li servih, il-ġuvni spiċċa ħażin hekk kif flok ilma li kien ordna spiċċa xorob deterġent qawwi li jintuża l-aktar biex iġib it-tazzi u l-platti jleqqu.

Il-ġuvni ħassu ħażin ftit tal-ħin wara u ntilef minn sensih. Huwa ttieħed l-isptar b’emerġenza fejn it-tobba kellhom jagħmlulu intervent delikat fejn neħħewlu l-istonku għaliex, kawża tad-deterġent, spiċċa therra.

Mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, jidher li l-kafetterija kienet iżżomm dan id-deterġent likwidu f’flixkun tal-plastik, u bi żvista, l-impjegat tal-post servih id-deterġent flok ilma.

Il-ġuvni għadu fil-periklu tal-mewt.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku kkonċelebra quddies fil-belt ta’ Camerinom fiċ-ċentru tal-Italja li ntlaqat b’terremot fl-2016. Il-Papa tkellem mar-residenti li għadhom sal-lum ibatu l-konsegwenzi tat-terremot. Huwa qalilhom li jinsab viċin tagħhom u dejjem…

Barranin

Fin-Nosinhar ta’ Franza l-Awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ diżastru naturali wara li f’daqqa waħda bdiet niżla xita qlil u silġ imdaqqas. Il-maltempata kkawżat ħsara kbira fil-qasam agrikolu bil-Ministru tal-Agrikoltura Franċiż qal…

Barranin

Ħsarat fis-sistema tad-dawl waslu biex l-Arġentina u l-Urugwaj sfaw mingħajr dawl. Rapporti qed jgħidu li l-ħsarat affettwaw ukoll partijiet mill-Brażil u l-Paragwaj. Id-dawl jidher li nqata’ għall-ħabta tas-1pm, ħin lokali….

Barranin

Eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw f’Hong Kong quddiem bini tal-gvern, kontra l-abbozz ta’ liġi għall-estradizzjoni. Dan minkejja li lbieraħ il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong Carrie Lam iddikjarat li għalissa dan…

Aktar