Lokali
F’liema lokalitajiet kien hemm persuni reqdin barra?

Fl-aħħar ħames snin, saru 25 rapport lill-Pulizija dwar 27 persuna li kienu qed jorqdu barra.  5 każi kienu jitrattaw lill-istess persuna, li saħansitra anke tressqet il-Qorti.  Mis-27 persuna, 25 huma rġiel u 2 huma nisa.

Kien hemm 11-il persuna b’kollox li tressqu l-Qorti, bi tnejn minnhom kellhom il-proċedimenti eżawriti, tnejn ġew illiberati, tnejn oħra ġew illiberati b’kundizzjoni, persuna waħda ngħatat probation, u 4 persuni li għad għandhom il-każ sub-judice.

F’erba’ każi nstabet akkomodazzjoni, persuna ntbagħtet għall-kura fl-isptar, u kien hemm 11-il persuna li ma ttieħdux passi fil-konfront tagħhom.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru Michael Farrugia fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.  It-tabella t’hawn taħt fiha d-dettalji tan-numru ta’ persuni u fejn kienu jorqdu barra.

2013
2014
2015
2016
2017
2018 sa Awwissu

Total
Numru ta’ Każi
1
3
1
8
6
6
25
Numru ta’ persuni
1
3
1
10
6
6
27
Lokalità u nazzjonalità
Qormi x1 Qormi x3 Żebbuġ x1 Qormi x1   Valletta x1

Kemmuna x1

Isla x1

Qawra x5

San Pawl x1

Qormi x2   Marsa x2

San Pawl x2

Qormi x3   San Pawl x3
Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

164 pajjiż fosthom Malta iffirmaw dak li qed jissejjaħ Patt Globali dwar l-Immigrazzjoni Ordnata u Regolari. Waqt ċerimonja f’Marrakech fil-Marokk, intqal li dan il-patt se jwassal għall-immaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni f’tentattiv…

Lokali

L-iskart organiku li beda jinġabar fl-aħħar xahar u nofs diġà qed jiġġenera l-enerġija daqskemm tintuża minn aktar minn 6,000 familja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv David Borg qal lil TVM li l-iskema…

Lokali

L-Awditur Ġenerali innota li t-tisħiħ fil-liġi tal-volontarjat li saru din is-sena għandhom isaħħu jdejn il-Kummissarju tal-Volontarjat fil-funzjoni regolatorja u l-governanza fis-settur tal-volontarjat. F’rapport li ppreżenta lill-Parlament, l-Awditur Generali Charles Deguara…

Lokali

Għalkemm qed ngħixu f’dinja li saret raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi, qed tikber il-pjaga tas-solitudni u magħha l-esklużjoni soċjali. Il-problema tinħass fil-faxex kollha tas-soċjetà, mit-tfal sal-anzjani u taf tiggrava fiż-żminijiet…

Aktar