Politika
‘Flimkien ser inkomplu nimxu ‘l quddiem’ – il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel messaġġ lin-nazzjon qal li b’umiltà qed jilqà r-responsabiltà li jservi lill-poplu Malti u Għawdxi bħala Prim Ministru. Qal li Malta trid tibqa’ miexja ‘il quddiem biex jinħoloq aktar ġid li jilħaq lil kulħadd u jitqassam aħjar.

Dr Abela qal li n-nies iridu l-istabbiltà u s-serħan il-moħħ biex Malta tkompli miexja ‘l quddiem u wiegħed li mil-lum beda jaħdem biex iwettaq il-manifest elettorali li bih il-Partit Laburista tela’ fil-Gvern fl-2017.

Il-Prim Ministru qal li l-pajjiż irid ikompli jirnexxi b’ekonomija b’saħħitha u aktar ħolqien tax-xogħol. Żied li huwa daħal fil-politika biex jgħin lin-nies u wiegħed li se jaħdem biex tissaħħaħ il-mobbiltà soċjali biex kulħadd jingħata l-opportunità biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u ħadd ma jaqa’ lura.

Dr Abela qal li jrid li jkun hawn għaqda nazzjonali, li qal dejjem rebħet fuq il-biża’. Kompla li l-għaqda dejjem għamlet lill-poplu Malti aktar b’saħħtu u qal li jrid ifittex dak li jgħaqqad lill-poplu u mhux dak li jifirdu.

Temm il-messaġġ billi wiegħed li se jaħdem biex il-poplu Malti u Għawdxi jkompli miexi ‘l quddiem flimkien.

Isma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru kollu hawn:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Aktar