COVID-19
Flok Festa Frawli, l-Imġarrin qed jaħsbu kif jistgħu jgħinu familji fil-bżonn

Flok Festa Frawli, l-Imġarrin qed jaħsbu kif jistgħu jgħinu familji fil-bżonn. B’inizjattiva tal-parroċċa tal-Mġarr b’għajnuna mil-kunsill lokali, fl-Imġarr  inħoloq dak li jissejjaħ foodbank biex jgħin lill-familji li fil-bżonn u li ntlaqtu ekonomikament minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Idea ta’ familja mill-Imġarr wasslet biex il-parroċċa tal-Imġarr fetħet foodbank biex tgħin lill-familji u nies fil-bżonn. Din l-inizjattiva sabet l-appoġġ tal-kunsill lokali tal-Imġarr. Il-Kappillan Dun George Schembri, spjega li bl-imxija tal-coronavirus żdiedu n-nies li għandhom bżonn għajnuna finanzajrja jew permezz tal-ikel.

“Interessanti ħafna li f’din il-lokalità li s-soltu tkun ħafna ħajja b’mod speċjali fil-weekend, issa waqa’ skiet kbir perfett jiġifieri timxi fit-toroq u tara kulħadd vojt. Imma mbagħad tinduna kemm fil-familji verament hemm bżonnijiet li rridu ngħinnuhom. Ma nistgħux inħalluhom weħidhom minħabba sitwazzjonijiet li qed iġarrbu bħal pereżempju jitilfu x-xogħolijiet tagħhom, anke l-fatt li hawnhekk hawn ħafna negozji tal-ikel, allura ħafna minnhom jispiċċaw mix-xogħol tal-catering allura jispiċċaw iridu jrabbu l-familja mingħajr ma jkollhom elementi neċessarji biex ikomplu għaddejjin bix-xogħol.”

Il-Kappillan spjega li dan qed isir kemm mill-parruċċani u wkoll mis-sidien tal-ħwienet li sab il-kollaborazzjoni tagħhom għax qed iħallu trolley jew kaxxa biex l-klijenti jekk iridu jixtri xi prodotti tal-ikel għall-familji fil-bżonn. Dun George Schembri qal li fl-aħħar ġranet dan il-foodbank għen ħames familji bit-tfal żgħar.

Spjega li l-għan tiegħu huwa li jgħin lil dawn in-nies li forsi spiċċaw bla xogħol biex anke isibu xogħol ieħor. Il-Kappillan qal li l-parroċċa ħadet ħsieb li tilħaq lil min għandu bżonn anke permezz ta’ paġna fuq Facebook. Iżda wera tħassib li xi drabi l-iżjed nies li għandhom bżonn l-għajnuna ma jitkellmux u għalhekk, bl-għajnuna tal-parruċċani, qed jaħdem biex isib dawn in-nies u jiddentifika l-problema.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar