Lokali
‘Flok post ta’ riforma l-ħabs spiċċa post fejn tirrenja l-biża” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru Byron Camilleri għandu jassigura lill-poplu Malti li s-sitwazzjoni ta’ mwiet kontinwi fil-ħabs tiġi indirizzata darba għal dejjm b’serjetà.

Fl-istqarrija, il-kelliem Beppe Fenech Adami qal li minflok post ta’ riforma, il-ħabs spiċċa post fejn qed tirrenja l-biża’ u jintilfu l-ħajjiet.

Il-kelliem Nazzjonalista qal li tal-bieraħ kienet l-għaxar persuna li nstabet mejta fil-ħabs fuq medda ta’ ftit xhur.

Fil-każ tal-bieraħ, prigunier ta’ 57 sena li kien qed jistenna li jiġi estradit lejn l-Istati Uniti fuq każ ta’ pedofelija, miet ftit wara li ddaħħal l-isptar wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh fiċ-ċella.

Ara wkoll:

Priġunier imut f’Mater Dei wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh f’Kordin