Lokali
Flok rigal talbet donazzjoni għal Puttinu f’għeluq sninha

F’għeluq sninha, Naomi Pace Gasan, żagħżugħa bid-Down Syndrome talbet lil dawk li jafuha fuq Facebook biex minflok jixtrulha r-rigali jagħtu donazzjoni lil Puttinu Cares. Inizjattiva, li wasslet biex s’issa nġabru aktar minn €700.

F’kitba fuq Facebook, omm Naomi, Shirley, uriet ruħha sodisfatta li bintha dejjem jirnexxilha taħseb f’ħaddieħor. Il-mamà ta’ Naomi raddet ħajr lil kull min ta sehmu, u f’isem Naomi rringrazzjat lil kull min awgura lil bintha f’għeluq sninha.

Il-familja Pace Gasan hija fost l-għadd ta’ familji li ġew bżonn l-appartamenti ta’ Puttinu Cares fl-Ingilterra matul is-sena li għaddiet.

Intant, min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu bil-għan li l-inizjattiva ta’ Naomi tkompli tħalli l-frott, jista’ jagħmel dan fuq 79451350.