Televiżjoni u Radju
Flok waqqfet il-programm, qed tippreżenta mill-kamra tas-sodda

Fejn is-soltu ta’ kuljum kienet tmur ħerqana l-istudio biex tippreżenta l-programm Illum ma’ Steph fuq TVM, Stephanie Spiteri ilha għal dawn l-aħħar xahrejn tikkuntenta minn studio kreattiv li ħolqu Timecare Studios fil-kamra tas-sodda ta’ binha.

“It-tifel tiegħi ażmatiku u 3 xhur ilu kellu attakk ħażin, ma sibniex irkaptu, kien il-Ħamis u ddeċidejt li se nieqaf bid-dmugħ f’għajnejja”.

Stephanie qalet li għalkemm qed tħoss in-nuqqas tal-istudio u li tiltaqa’ mal-mistiedna tagħha fuq is-sufan, din is-sitwazzjoni tatha l-opportunità li tkun qrib binha.

“Spiċċa jaħdem miegħi, bis-saħħa t’hekk skoprejt li kuljum qed naħdmu jien u t-tifel u nara li għandu ċertu kapaċitajiet”.

Stephanie qalet li filwaqt li ħerqana li l-affarijiet jiġu lura għan-normal, xorta tapprezza li dan iż-żmien għallimha ħafna wkoll.

“Esperjenza kbira u overwhelming bl-imhabba tan-nies li qed ikolli f’dawn il-ġranet”.

Wara kull l-programm anke permezz tas-social media, Stephanie qed tagħti wens u kuraġġ lil nisa li għaddejjin minn żmien diffiċli minħabba din is-sitwazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar