Barranin
F’Londra 3 persuni mejta wara li karozza ħabtet f’binja ta’ appartamenti

F’Londra 3 persuni mietu wara li karozza ħabtet f’binja ta’ appartamenti u ħadet in-nar.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.50 f’Notting Hill.

Fuq il-post issejħu l-pumpiera li kkontrollaw in-nirien.

It-3 persuni li mietu fuq il-post għadhom ma ġewx identifikati.

Ma’ dawn kien hemm disa’ persuni li nħarġu minn hemm qawwijin u sħaħ.