Barranin
Florida mistennija tgħaddi liġi li timmulta kumpaniji tal-midja soċjali jekk ineħħu profili tal-politiċi

Fi Flordia mistennija tgħaddi liġi li twaqqaf kumpaniji tal-midja soċjali milli tneħħi profili ta’ politiċi.

L-abbozz ta’ liġi issa mistenni jiġi ffirmat mill-alleat ta’ Trump, il-Gvernatur Ron DeSantis.

Din il-leġiżlazzjoni se tippermetti lill-pjattaformi tal-midja soċjali li jissospendu profili ta’ politiċi għal 14-il ġurnata biss. Il-kumpanija tista’ tiġi mmultata sa $250,000 għall kull ġurnata li tikser din il-liġi.

Ix-xahar li għadda, NetChoice, grupp li jippromwovi l-espressjoni ħielsa fuq l-internet, xehed kontra l-leġiżlazzjoni u qal li din il-liġi tikser id-dritt tal-libertà tal-kelma għax iġiegħel lill-pjattaformi tal-midja soċjali juru kontenut li kieku ma jippremettux.