Barranin
F’Los Angeles: l-ilbies tal-maskra jerġa’ jiġi obbligatorju

F’Los Angeles l-ilbies tal-maskra reġa’ ġie obbligatorju peress li uffiċjali tas-saħħa pubblika Amerikani qed jaraw kif irażżnu ż-żieda allarmanti fil-każi ta’ Covid.

F’sitt ijiem konsekuttivi, f’Los Angeles kienu rrappurtati aktar minn 1,000 każ ġdid kuljum. Fl-aħħar jumejn biss, mal-400 persuna ddaħħlu l-isptar għall-kura filwaqt li nhar l-Erbgħa biss mietu disa’ persuni bil-Covid.