Barranin
F’Los Angeles qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Grammy Awards

F’Los Angeles qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Grammy Awards li jippremjaw l-iżjed muziċisti rikonoxxuti fl-industrija. Fost in-nominati hemm tliet nisa fil-qasam tal-mużika klassika, li qalu jittamaw li l-kisbiet tagħhom jispiraw nisa oħra li jixtiequ jiżviluppaw karriera fil-mużika klassika.

Il-vjolinista Ingliża Nicola Benedetti hi nominata fil-kategorija tal-aqwa mużiċisti klassiċi bħala solo. Ta’ 32 sena, hija l-iżgħar muċiżista li qatt kienet innominata f’din il-kategorija. Qalet li ta’ sodisfazzjon doppju għaliha huwa l-fatt li esponent tal-mużika jazz, Wynton Marsalis, hu nominat għall-aqwa kompożizzjoni mużikali, il-Violin Concerto in D Major li nkitbet apposta għal Benedetti.

Is-sena l-oħra Benedetti rċievet l-unur tal-mertu tar-Reġina u rebħet l-award għall-aqwa mużika klassika fil-Global Awards.

“My piece of advice to a young girl learning to play an instrument or wanting to go into classical music would be to balance the opposites; work really hard and do it on a daily basis because that’s much easier to tackle, but at the same time, don’t be nervous, don’t worry about mistakes”.

Hildur Gudnadottir hi nnominata għall-aqwa soundtrack għax-xogħol mużikali li kkomponiet għas-serje televiżiva Chernobyl. Il-mużiċista li għandha 37 sena rebħet Emmy Award għall-istess xogħol. Hi rebħet il-Golden Globe għal mużika oriġinali li kkomponiet għall-film Joker.

Iddeskriviet in-nomina tagħha bħala żvilupp kruċjali għan-nisa fil-industrija mużikali.

“It is a great way to open up the discussion about the situation of women in the industry and I think that every milestone like this is a part of this discussion and is a part of opening it up.”

Is-surmast Mirga Grazinyte Tyla li għandha 33 sena ġiet nominata għall-aqwa direzzjoni orkestrali għal “Weinberg: Symphonies Nos. 2 and 21”, li ndaqqu mill-Orkestra Sinfonika ta’ Birmingham. “Where is the right balance, men, women? What do we have to do to arrive to the right one? I’m happy to be a good example for those social issues but I really want to stay focused on what I’m doing because I think this is at the end the answer.”

L-awards se jingħataw waqt ċerimonja preżentata mill-artista Alicia Keys.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar